L-Olandiż, Max Verstappen (Red Bull) iddomina l-provi liberi tal-Grand Prix tal-Ġappun billi kiseb l-aħjar ħin, dak ta’ minuta u 30.688 sekondi.
Huwa temm il-ġurnata 0.320 sekondi aktar veloċi mis-sewwieq ta’ Manoco, Charles Leclerc tal-Ferrari, fejn qatt ma deher li kien se jiġi megħlub.
It-tielet bl-aħjar ħin kien il-Britanniku, Lando Norris (McLaren), filwaqt li l-kompatrijott tiegħu, Lewis Hamilton (Mercedes), kellu “ġurnata ħażina” meta spiċċa fl-14-il post.
Min-naħa tal-kollega tiegħu, George Russell, temm fil-ħames post, b’differenza ta’ 0.501 sekondi.
L-Ispanjol, Fernando Alonso ta’ Aston Martin, kien is-sitt l-iktar veloċi, qabel il-Britanniku Alex Albon ta’ Williams, u l-Awstraljan, Oscar Piastri (McLaren).
Il-Messikan Sergio Perez tar-Red Bull temm fid-disa’ post, segwit mill-Finlandiż, Valtteri Bottas tal-Alfa Romeo.