Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, l-Ispanjol Carlos Sainz (Ferrari) rebaħ il-pole position tal-Grand Prix tal-Istati Uniti li se ssir fiċ-ċirkwit ta’ Austin, meta għeleb lill-kollega tiegħu, Charles Leclerc, u lil Max Verstappen tar-Red Bull li ġimagħtejn ilu kien dikjarat champion.
Sainz, li rreġistra ħin ta’ 1:34.356, għeleb lil Leclerc b’0.065 sekondi u lil Verstappen b’0.092sec, iżda ċ-champion tad-dinja l-ġdid se jibda mit-tieni pożizzjoni minħabba li Leclerc kellu penalitá ta’ 10 positjiet.
Sergio Perez tar-Red Bull, li kellu penalitá ta’ ħames postijiet, se jibda mir-raba’ post quddiem Lewis Hamilton tal-Mercedes.
Dan ifisser li Hamilton se jibda t-tielet wara Sainz u Verstappen.
Bħalissa l-klassifika ġenerali hija: Max Verstappen (365) – champion; Sergio Perez (253); Charles Leclerc (252); George Russell (207); Carlos Sainz (202); Lewis Hamilton (180); Lando Norris (101).