Sunday, November 3, 2024

GP tal-Kanada: Leclerc jingħata penalitá ta’ 10 postijiet

Aqra wkoll

Charles Leclerc tal-Ferrari sofra daqqa ta’ ħarta oħra meta din id-darba ngħata penalitá meta waqt il-provi liberi tal-Grand Prix tal-Kanada, għamel użu eċċessiv tal-magna. 

Il-Ferrari waħħlu kompartament elettroniku ‘żejjed’ li wassal għal penali awtomatika ta’ 10 postijiet għat-tiġrija tal-lum. 

Skond ir-regolamenti, it-timijiet jistgħu jużaw biss żewġ unitajiet elettroniċi għal kull sewwieq għal kull staġun.

Leclerc sofra defiċit ta’ 80 punt favur ir-rival tat-titlu Max Verstappen wara sensiela ta’ problemi li ltaqa’ magħhom matul it- tiġrijiet. 

U issa x’aktarx li d-distakk fil-konfront tas-sewwieq tar-Red Bull, Max Verstappen, ikompli jikber. 

Bħalissa Leclerc jinsab 46 punt wara l-leader Olandiż. Is-sewwieq tal-Ferrari kellu bidu mill-aqwa hekk kif rebaħ żewġ tiġrijiet u fl-oħra spiċċa fit-tieni post fl-ewwel tlieta. 

Iżda huwa kellu jirtira darbtejn wara li sofra żewġ ħsarat fil-magna fl-aħħar tliet tiġrijiet, darbtejn minnhom meta kien qed jillidja t-tiġrija.

Aktar minn hekk, minkejja li fl-aħħar tiġrija, dik ta’ Monaco, Leclerc rebaħ il-pole position, huwa temm fir-raba’ pożizzjoni minħabba l-’istrateġija’ żbaljata tal-Ferrari li ħalliet lil dan is-sewwieq minn Monaco rrabjat għall-aħħar.  

Dan minbarra li fil-Grand Prix ta’ Emilia Romagna, kellu jikkuntena bis-sitt post wara li kellu bidu tajjeb. 

Sport