Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, Max Verstappen (Red Bull), il-Ħadd se jibda mill-pole position proprju quddiem il-pubbliku tiegħu stess fil-Grand Prix tal-Olanda, li se jsir fiċ-ċirkwit ta’ Zandvoort.
Fil-provi uffiċjali huwa kiseb ħin ta’ minuta u 10.567 sekondi biex għeleb liż-żewġ sewwieqa Britanniċi, Lando Norris (McLaren) u George Russell (Mercedes). Il-Britanniku Lewis Hamilton (Mercedes) se jibda mit-13-il post.