Graham Borg temm is-serje tiegħu ta’ tlielaq tad-duathlon b’mod eċċellenti, meta kiseb l-ewwel post fil-kategorija tal-età tiegħu fir-raba’ u l-aħħar tellieqa sprint duathlon tal- istaġun. Din it-tellieqa kienet parti mis-serje tal-Federazione Italiana Triathlon, u b’din ir- rebħa Borg kiseb il-punti massimi fil-klassifika tal-kampjonat.
Borg beda b’ġirja b’saħħitha ta’ 5km qabel ma ta prestazzjoni impressjonanti fuq ir-rota. Huwa rnexxielu jagħlaq id-distakk ma’ kompetituri iżgħar minnu, u laħaq il-grupp li inizjalment kien madwar 60 sekonda quddiemu. Imbagħad temm l-aħħar 2.5km ġirja biex jissiġilla rebħa mistħoqqa fil-kategorija ta l-eta.
Dan ir-riżultat ġie wara tmiem il-ġimgħa mimli attivitajiet fil-21 u t-22 ta’ Marzu, meta Borg ikkompeta fil-Kampjonati Taljani tad-Duathlon fiċ-ċirkwit tal-Formula 1 ta’ Imola, fejn irrappreżenta lill-klabb Taljan tiegħu, Mothycense. Is-Sibt, huwa temm it-tellieqa individwali tad-duathlon (5km ġirja, 20km rota, 2.5km ġirja) f’ħin notevoli ta’ siegħa u minuta.
L-għada, ingħaqad ma’ sħabu tat-tim Federico Cantelli u Luca Giamonna biex jirrappreżentaw lil Mothycense fit-Team Coppa Crono, fejn spiċċaw f’24 post impressjonanti minn 109 timijiet Taljani, b’ħin ta’ 58 minuta u 58 sekonda.
Dawn it-tlielaq tad-duathlon servew bħala preparazzjoni ideali ta’ sprint għal Borg, hekk kif issa jdawwar l-attenzjoni tiegħu fuq staġun impenjattiv ta’ triathlon, inklużi avvenimenti ta’ distanza itwal bħall-Half Ironman u l-Full Ironman.

