Monday, September 30, 2024

Graham Potter kowċ ta’ Southampton?

Aqra wkoll

Minkejja li f’dawn l-aħħar ġimgħat issemma’ li seta’ jkun il-kowċ tat-tim nazzjonali Ingliż u b’hekk jieħu post Gareth Southgate fit-tmun tat-Three Lions, rapporti fil-mezzi tax-xandir Ingliżi qed jgħidu li hu mistenni jmur fil-belt ta’ Southampton sabiex jieħu post il-kowċ Russell Martin.

Is-Saints xejn m’huma sejrin sew matul dan l-istaġun u jinsabu fit-18-il post tal-Premier League Ingliż. Għal Potter dan jista’ jkun ir-ritorn f’St Mary’s Stadium hekk kif kien għamel nofs staġun jilgħab magħhom fil-passat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport