Il-plejer veteran Svizzeru, Granit Xhaka, għandu offerta minn Bayer Leverkusen biċ-ċans li jirritorna jilgħab fil-Ġermanja.
Il-plejer ta’ 30 sena għad fadallu sena oħra kuntratt mal-klabb tiegħu Arsenal b’Mikel Arteta li jaf japprova dan it-trasferiment.
Sadanittant l-istess Arteta qed iħares lejn il-possibbilta’ li d-diriġenti tal-klabb jakkwistaw lil Moussa Diaby, winger li jilgħab mal-istess Bayer Leverkusen biex b’hekk ikun hemm bdil bejn il-plejers.