Saturday, November 23, 2024

“Grat li għadni nieħu n-nifs… meta qomt mill-koma ma stajtx niftakar x’ġara” – Iż-żagħżugħ li ttajjar f’Ħad-Dingli jħalli l-Isptar

Aqra wkoll

Ritratt: TVM

Matteo Grima huwa ż-żagħżugħ li ftit tal-ġimgħat ilu kien involut f’inċident tat-traffiku li ħallieh jissielet għall-ħajtu fit-taqsima tal-kura intensiva. Fortunatament iż-żagħżugħ fl-aħħar sigħat ħalla l-isptar biex jingħaqad mill-ġdid mal-familja tiegħu fir-residenza tagħhom fl-Imtarfa.

F’kuntatt ma’ inewsmalta Grima qalilna li jinsab grat ħafna li għadu jieħu n-nifs u li mill-ftit li għadu kemm ra grat ukoll għall-ħafna kummenti ta’ kuraġġ li irċieva f’dan il-perjodu diffiċli.

Grima rringrazzja minn qalbu lill-professjonisti tas-saħħa kollha li għenuh bl-aħjar mod possibbli b’mod speċjali wara li sab ruħu f’qiegħ ta’ sodda fl-isptar wara 12-il ġurnata f’koma. Huwa spjegalna li kienet diffiċli għalih jiftakar x’kien ġralu mingħajr l-għajnuna tagħhom li spjegawlu b’attenzjoni kbira dak li kien għadda minnu. Huwa kellimna dwar il-ferħ li seta jħoss meta beda jerġa’ jikseb il-memorja u issa li finalment jista’ jingħaqad mill-ġdid ma dawk li tant iħobb.

Minkejja li għad baqagħlu xi affarijiet x’jirkupra fosthom il-kuntatt bl-id li hu kkontrollat ukoll bl-għajnuna tal-moħħ, iż-żagħżugħ qalilna li issa kollox jiddependi minn kemm se jkun qed jaħdem hu psikoloġikament kif ukoll fil-prattika ta’ kif jaqbad affarijiet bis-swaba’ bħalma huma lapes u biro.

Aqra wkoll:

https://www.inewsmalta.com/2020/04/fil-periklu-tal-mewt-wara-li-jittajjar-minn-karozza-fir-rabat/

Sport