Thursday, November 14, 2024

“Grati ħafna lejn kull min emmen fil-vjaġġ tagħna” – Ike u Kaya

Aqra wkoll

“Il-Junior Eurovision intemm, iżda dan mhux it-tmiem tagħna”. Hekk sostnew iż-żewġ kantanti Maltin Ike Mizzi u Kaya Gouder Curmi li lbieraħ irrappreżentaw lil pajjiżna waqt il-Junior Eurovision Song Contest li ntrebaħ mill-Armenja.

Minkejja li Malta kklassifikat fit-12-il post, bosta qablu li l-kantanti ċkejknin taw prestazzjoni eċċellenti.

Huma qalu li jinsabu tassew grati lejn kull min tassew emmen fil-vjaġġ tagħhom u sostnew ukoll li jinsabu kburin ħafna b’dan li kisbu sa issa. 

Fost l-oħrajn fl-aħħar sigħat ikkummentat ukoll omm Ike fejn irringrazzjat lil Maltin tas-sapport kollu li taw kemm lil Ike kif ukoll lil Kaya. Qalet li din l-esperjenza kienet waħda sabiħa ħafna kemm għat-tfal kif ukoll għaliha bħala ġenitur.

Hija qalet: “Li tara lil uliedek fuq l-istage tal-Junior Eurovision ixejru l-bandiera Maltija, jirrappreżentaw lillkom li tant ħabbejtuwom dawn ix-xhur kollha hija xi ħaġa tal-ħolm.  Esperjenza wisq sabiħa. Ferħ li ma tistax tispjegah, trid tgħixha biex tkun taf x’jiġifieri bħala ġenitur. Uliedna kantaw għall-ewwel darba quddiem udjenza u urew il-kapaċità kollha taghhom għax żammew lil Malta u l-familjari f’qalbhom.”

Ekonomija

Sport