Friday, December 27, 2024

GRAZZI AIR MALTA

Aqra wkoll

Proprju fl-aħħar sigħat, il-linja nazzjonali tal-ajru Air Malta waqfet topera. Dan sar wara 50 sena ta’ operat. Ħamsin sena ta’ servizz lill-pajjiż u lill-poplu. Kienu 50 sena li fihom rajna lill-Air Malta tikkontribwixxi biex pajjiżna jibqa’ miexi ’l quddiem waqt li tara li pajjiżna jkollu konnettività tajba malibliet ewlenin Ewropej.

Il-kumpanija Air Malta ma kinitx biss dik il-kumpanija li tgħaqqad lil Malta mal-bqija tal-ibliet ewlenin Ewropej. Kienet il-kumpanija li tat futur li għadd kbir ta’ familji. Ħaddiema li daħlu tfal f’din il-kumpanija imma ħarġu rġiel.

Kumpanija li permezz tagħha ħafna koppji u ħaddiema setgħu jippjanaw il-futur tagħhom. Il-kontribut tal-Air Malta lejn ilpajjiż kien wieħed kbir. Mhux ta’ b’xejn li sezzjonijiet sħaħ tal-poplu Malti kienu jħossuhom kburin meta jaraw l-ajruplani tal-Air Malta f’ajruporti barranin.

Minkejja l-kontribut li tat, fl-aħħar snin l-Air Malta ffaċċjat żminijiet mhux faċli. Problemi finanziarji kienu wasslu biex ittieħdet id-deċiżjoni li l-Air Malta tieqaf topera, liema deċiżjoni kienet tħabbret f’Ottubru tas-sena 2023. Dik id-deċiżjoni
ttieħdet meta beda jidher ċar li l-Kummissjoni Ewropea ma kinitx se tapprova għajnujna statali ta’ xejn inqas minn €290 miljun.

M’hemm ebda dubju li l-problema u d-diffkultajiet li spiċċat fihom l-Air Malta ma ġewx waħedhom. Ma waqgħux mis-sema. Il-problemi u d-diffikultajiet ġew minn
deċiżjonijiet ħżiena li ttieħu matul is-snin. Deċiżjonijiet li ġabu lillkumpanija litteralment għarkopptejha. Fost id-deċiżjonijiet ħżiena li ttieħdu kien hemm ix-xiri ta’ erba’ ajruplani, li ma kienx hemm bżonnhom.

Deċiżjonijiet oħra żbaljati u li affettwaw bil-kbir lill-kumpanija kienu l-iskemi ta’ irtirar kmieni li ġew iffirmati fis-sena 2008 favur ilpiloti u l-cabin crew u għal dan se jkollu jħallas il-poplu. Il-ftehim tal-2007 u l-2008 b’miżura waħda tal-iskemi tal-irtirar, għabbew lill-kumpanija mad-€90 miljun.

Kien hemm imbagħad ħlasijiet ta’ salarji fejn fis-sena 2003 żewġ uffiċjali flimkien, kienu jitħallsu nofs miljun ewro. Quddiem sitwazzjoni bħal din u quddiem indikazzjoni ċari li għajnuna statali ġdida mhix se tkun aċċettata, ftit kien hemm wieħed x’jagħmel għajr li tinħolo kumpanija tal-ajru sostenibbli li tilħaq l-għanijiet tagħha u tagħmel il-profitti, billi timplimenta pjan.

Wieħed jittama li minn dan l-episodju il-pajjiż jieħu it-tagħlimiet li hemm bżonn. Waqt li wieħed jittama li l-iżbalji tal-passat ma jiġux ripetuti, inħarsu ’l quddiem u nawgura lil Malta Airlines. Lil Air Malta u l-ħaddiema tagħha nirringrazzjawhom tas-servizz li dejjem taw.

Ekonomija

Sport