L-istennija biex niskopru min kellu joħroġ rebbieħ fit-tielet edizzjoni tal-X Factor Malta ntemmet u finalment għandna l-isem.
Ryan Hili ggwidat minn Keith Howard rnexxielu jegħleb kull ostaklu sa mill-ewwel darba li rifes quddiem il-ġurija sal-ġurnata tal-lum biex finalment rebaħ dan it-titlu u rebaħ il-premju abbinat ta’ €50,000.
Min-naħa tiegħu Ryan deher eċitat ħafna u fil-ftit kliem li qal esprima s-sodisfazzjon tiegħu u qal li għalkemm ma setax jemmen li kien hu li ħareġ rebbieħ, irringrazzja lill-poplu kollu li baqa’ jissapportjah matul dan il-vjaġġ tiegħu.
L-erba’ finalist tal-X Factor Malta kienu Ryan Hili, Lisa Gauci, Aidan Drakard u Cheryl Balzan.
Sfortunatament l-esperjenza ntemmet fl-ewwel fażi tal-finali għall-kantanta Cheryl Balzan illum, iżda bla ebda dubju din l-esperjenza se tkun qiegħda tgħinha tkompli tissaħħaħ fil-kapaċitajiet tagħha u tkompli l-karriera tagħha bħala artista fiż-żmien li ġej.