“F’Ħaż-Żabbar sellimna lis-Supretendent Darren Buhagiar. Grazzi li servejt lil pajjiżna b’dedikazzjoni u lealtà. Strieħ fis-sliem”. Dan kien il-messaġġ li wassal il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri permezz ta’ messaġġ fuq il-mezzi soċjali.
Dan hekk kif dalgħodu ngħatat l-aħħar tislima lis-Supretendent Darren Buhagiar. Buhagiar. Il-messaġġi sbieħ dwar is-Supretendent Darren Buhagiar huma xhieda tal-ġid li għamel bis-servizz tiegħu.”
Permezz ta’ diversi messaġġ, bosta kienu dawk li rringrazzjawh tad-dedikazzjoni tiegħu, anke fi żmien diffiċli.