“Għal dawk il-ħafna li bagħtuli u ċempluli biex jistaqsuni kif jien, ninsab tajjeb! Grazzi mill-qalb tal-ħsieb”. Iddikjara dan wieħed mill-irġiel li fl-aħħar sigħat iddaħħlu l-Isptar Mater Dei minħabba ġrieħi li sofrew fil-Mosta.
Alexander Bartolo huwa r-raġel ta’ 29 sena li sofra xi ħruq f’idu waqt li flimkien mal-bqija tad-dilettanti tal-piroteknika kienu qegħdin jaħarbu min-nirien.
Alexander irringrazzja lill-Madonna b’ritratt li xerred mal-istess post u fl-istess waqt talabha żżomm idejha fuq sħabu Miki Magro u Salvu Galea li wkoll sofrew xi ġrieħi waqt li kienu fil-kumpless tan-nar Santa Marija 15t’Awwissu.