Friday, December 20, 2024

“Grazzi Malta u nwegħedkom li se nagħmel minn kollox biex nagħmilkom kburin” – Emma Muscat

Aqra wkoll

F’reazzjoni permezz ta’ kitba fuq il-paġna uffiċjali tagħha ta’ facebook, il-kantanta żiedet tikkumenta dwar is-serata tant importanti għaliha.

“Għadni maħkuma mill-emozzjoni tas-serata tas-Sibt u r-rebħ tal-konkors. Grazzi Malta u nwegħedkom li se nagħmel minn kollox biex nagħmilkom kburin”, bdiet biex tikteb il-kantanta Emma Muscat ftit sigħat wara li rebħet il-MESC 2022.

Il-kantanta żiedet tgħid li tixtieq tirringrazzja lil kull persuna li segwietha mill-qrib u li baqgħet hemm biex tagħtiha s-sostenn matul f’dak il-jum tant impenjattiv tas-serata finali.

Hija rringrazzjat lill-membri tal-ġurija kollha li tawha punti massimi għall-prestazzjoni tagħha. Żiedet tgħid li wara dik il-prestazzjoni hemm tim inkredibbli u għalhekk ħadet l-opportunità biex tirringrazzjahom kollha. Fost dawn hija rringrazzjat lill-ġenituri tagħha, lil ħuha u lill-għarus tagħha li dejjem jemmnu fiha u jimbuttawha biex toħroġ il-potenzjal tagħha.

“Grazzi lill-Maltin u Għawdxin kollha li emmnu fija. Is-sapport tagħkom ifisser kollox għalija! Kburija li jiena Maltija u li ser inkun qed nirrapreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision ta’ din is-sena”, temmet Emma.

Ekonomija

Sport