Saturday, December 28, 2024

“Grech b’politika cheap u tal-passat” – Il-PL

Aqra wkoll

Għal Bernard Grech il-Partit Laburista u l-Laburisti huma kriminali li joqtlu n-nies. Mhux ta’ b’xejn li l-popolarità tiegħu nieżla bil-minuti.”

Hekk qal il-Partit Laburista permezz ta’ stqarrija wara intervista li saret dalgħodu lill-Kap tal-Oppożizzjoni fejn Grech qal din l-istqarrija.

Il-Partit Laburista qal li dan huwa l-istess bniedem li wiegħed maħfra lil min allegatament qatel lil Daphne Caruana Galizia. U sal-lum kulħadd għadu jistaqsi għalfejn. 

Fi kliem il-PL, il-Kap tal-Oppożizzjoni qed ikompli juri li huwa politiku cheap u tal-passat li jgħajjar lin-nies bl-iktar mod maħmuġ.

Ekonomija

Sport