Thursday, December 26, 2024

“Grech ħareġ jitkaża b’co-option meta hu kien co-opted” – il-PL

Aqra wkoll

Il-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech m’għandux sens ta’ mistħija kulħadd jaf.

Fi stqarrija, il-PL qal imma jekk forsi wieħed ikun se jinsa Bernard Grech malajr ifakkru.

“Ħareġ jitkaża b’co-option meta hu kien co-opted bħala parti minn pjan biex jitqaċċat il-kap leġittimu li għażlu t-tesserati tal-Partit Nazzjonalista. Imbagħad jieħu għalih jekk jgħidulu mhux kredibbli,” temm jgħid il-PL.

Dan wara li l-Kummissjoni Elettorali ma rċeviet l-ebda kandidatura biex jimtela l-post tal-MP Silvio Grixti u b’hekk ifisser li se ssir Co-option biex jimtela s-siġġu parlamentari tiegħu. Il-kandidati li kkontestaw it-Tielet Distrett Elettorali fl-Elezzjoni Ġenerali tal-2017 setgħu jippreżentaw in-nomina bejn il-27 ta’ Diċembru u llum f’nofsinhar. 

B’reazzjoni għal dan, il-Partit Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru Robert Abela jrid idawwar lilu nnifsu b’dak li sejjaħ “yes man”.

Il-PN qal: “Il-fatt li ħadd mill-kandidati tat-tielet distrett mhu ser jikkontesta l-bi election għall-post vakat minn Silvio Grixti, turi kemm ma Robert Abela ma tistax taħdem, jekk ma tkunx ta’ ġewwa nett.”

Żied jgħid: “Illum huwa ċar li Robert Abela ma jemminx fil-proċess demokratiku u jrid jdawwar lilu nnifsu b’yes men li għażel hu u huma iktar leali lejh milli lejn il-poplu u l-kostitwenti. Diġà għamilha erba’ darbiet, u ser jerġa’ jagħmilha għal ħames darba.”

Ekonomija

Sport