Friday, November 15, 2024

Grech irid li għada l-Parlament jitlaqqa’ b’urġenza biex jiddiskuti s-sitwazzjoni tal-enerġija

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kiteb lill-Gvern u lill-ispeaker tal-Kamra sabiex għada l-Parlament jitlaqqa’ b’mod urġenti u tiġi diskussa l-kriżi tal-enerġija li qed jaffaċja l-pajjiż.

F’messaġġ lin-nazzjon, Bernard Grech insista li l-poplu għandu dritt ikun jaf il-verità u jingħata spjegazzjoni tal-fatti u esiġa li jingħata konferma minnufih għax il-gvern għandu obbligu li lill-poplu jagħtih dak li jixraqlu.

Hu spjega kif bħalissa eluf ta’ anzjani, tfal, familji u negozji qed ibatu minn din is-sitwazzjoni u li huwa biss il-partit immexxi minnu li qed jisma’ l-karba tan-nies.

Intant meta mistoqsi mill-ġurnalisti, il-Prim Ministru Robert Abela appella biex il-partit Nazzjonalista ma jdawwarx din is-sitwazzjoni nazzjonali f’politika partiġġjana u qal li l-gvern jinsab kompletament iffukat fuq li jsiru t-tiswijiet kollha neċessarji.

Ekonomija

Sport