Sunday, December 22, 2024

Grech isostni li huwa biss taħt il-PN li kulħadd ikollu l-opportunità li javvanza

Aqra wkoll

Il-Partit Nazzjonalista mhuwiex se jiskot, minkejja li qed jisfa’ attakkat, u se jibqa’ jiddefendi u jipproteġi l-ħajja mill-bidu sat-tmiem tagħha, b’politika li verament toffri ħajja aħjar lil kulħadd. Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt attività politika f’Birkirkara fejn sostna li huwa biss il-Partit Nazzjonalista li jista’ joffri opportunità lil kulħadd biex javvanza u jimxi ‘l quddiem.

Grech qal li Partit Nazzjonalista kien fil-gvern dejjem offra garanzija ta’ ħajja aħjar mingħajr inkwiet u instabbiltà f’pajjiżna b’serħan il-moħħ li l-ġenerazzjonijiet li jsegwu kienu se jgħixu ħajja aħjar. Huwa qabbel dan ma’ ftit tal-ġimgħat ilu meta diversi żoni madwar il-pajjiż sfaw mingħajr provvista tal-elettriku. 

Huwa sostna li l-partit immexxi minnu ma jitkellimx biss dwar il-problemi imma joħroġ bis-soluzzjonijiet fosthom dwar kif għandha tiżdied il-frekwenza tal-ġbir tal-skart, tissaħħaħ il-koordinazzjoni bejn il-kunsilli lokali, jiżdied l-infurzar u jsiru rejds għall-għarrieda biex tiżdied is-sigurtà. Qal ukoll li l-Partit Nazzjonalista ma jattakkax lin-negozjanti iżda jgħinhom għax huma s-sinsla tal-ekonomija waqt li qal li hemm bżonn li jitfasslu soluzzjonijiet biex jindirizzaw l-għoli tal-ħajja. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li minkejja l-għajta tal-Prim Ministru li dan huwa gvern li jisma’, din hija biss politika gimmick għax fil-verità skontu l-gvern qiegħed jagħmel l-oppost.

Dwar l-aġġustament għall-għoli tal-ħajja, il-COLA, Grech qal li din m’għandhiex tkun intaxxata u kompla biex jgħid li ż-żieda hija waħda essenzjali għal kulħadd u b’hekk din m’għandhiex titnaqqar. 

Ekonomija

Sport