Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech appella lil dawk quddiemu waqt l-attività politika bit-tema “rebħa għal Malta” biex ma jħallu lil ħadd jifridhom jew jaqsamhom.
Grech qal li biex il-gvern ma jagħmilx li jrid li jrid jeħtieġ li l-Partit Nazzjonalista jingħaqad f’ponn wieħed, iwarrab kull differenza u kull nuqqas li għamlu lil xulxin billi jwarrbu, jaħfru u jinsew in-nuqqasijiet li saru personalment lil kull wieħed u waħda minnhom.
“Hemmhekk biss nistgħu nkomplu nuruhom li fl-aħħar se tasal it-tmiem tal-pjan dijaboliku tagħhom”, tenna Grech.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla biex jattakka lill-Prim Ministru Robert Abela u qal li kif jiżbalja qiegħed iwaħħal f’ħaddieħor.
Huwa temm biex jappella lin-nies biex għada fis-6 p.m jinġabru quddiem il-parlament fi protesta biex jingħaqdu f’din il-ġlieda li skontu hija tal-Partit Nazzjonalista.