Sunday, November 24, 2024

Grech isostni li llum rebħu JeanPaul u l-vittmi kollha fuq il-post tax-xogħol

Aqra wkoll

“Illum rebaħ Jean Paul Sofia. Illum rebħu l-vittmi kollha fuq il-post tax-xogħol. Illum rebħet Malta”. Iddikjara dan il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech fl-ewwel reazzjoni tiegħu għall-aħbar tal-Prim Ministru Robert Abela li sejjaħ inkjesta pubblika wara dak li hu sejjaħ li kien tlajjar inaċċettabbli fl-inkjesta Maġisterjali. 

Grech qal li l-Partit Nazzjonalista sejjaħ għall-għaqda nazzjonali, u ressaq u vvota biex issir inkjesta pubblika u llum il-poplu rebaħ għax se ssir inkjesta pubblika. Dan kollu għal Jean Paul Sofia. Dan kollu għal pajjiżna.

Grech żied jgħid li din ir-rebħa hija grazzi għall-ġenituri ta’ Jean Paul u għal dawk li wieġbu għall-għaqda nazzjonali.

Sport