Sunday, December 22, 2024

Grech jgħid li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun gvern b’direzzjoni 

Aqra wkoll

Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun gvern b’direzzjoni, gvern iffukat, gvern li jisma’. Gvern li jemmen f’Malta Żagħżugħa għax irid ġejjieni aħjar għal kulħadd. Qal dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt attività politika f’Bormla l-Ħadd filgħodu. 

Grech irrimarka li biex il-poplu jimxi ’l quddiem, Malta ma tistax titmexxa minn Gvern li skontu ddiskrevih bħala wieħed bla direzzjoni stateġika. Grech allega li l-Gvern jinsab mifxul bil-problemi li ħoloq huwa stess fis-setturi tas-saħħa, l-ekonomija, l-edukazzjoni u l-infrastruttura. 

 Il-Kap tal-PN fakkar fil-miżuri li ħabbar il-Partit Nazzjonalista. Huwa ddiskrevihom u qal li dawn jassiguraw ġejjieni aħjar għall-poplu Malti u Għawdxi kollu. Tenna billi appella lill-Gvern biex ma jintaxxax iż-żieda għall-għoli tal-ħajja u biex fil-Budget iħabbar inizjattivi li permezz tagħhom is-settur privat jiġi inċentivat biex jinvesti aktar. 

Ekonomija

Sport