Friday, December 13, 2024

Grech jgħid li l-PN irid li l-fondi pubbliċi jintużaw għal aktar attività ekonomika

Aqra wkoll

Il-PN irid li l-fondi pubbliċi jintużaw għal aktar attività ekonomika li toħloq il-ġid għal kulħadd, aktar inizjattivi u faċilitajiet edukattivi li jindirizzaw il-bżonnijiet ta’ kull tifel u tifla b’mod individwali u li jgħinuhom ikunu ħassieba, iżjed servizzi tas-saħħa u servizzi soċjali ġodda u mtejba partikolarment għat-tfal u anke fejn tidħol is-saħħa mentali.

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech f’diskors waqt laqgħa ta’ djalogu f’Ħal Balzan. Grech qal li l-PN hu ffukat fuq il-prijoritajiet tan-nies.

Waqt id-diskors tiegħu, il-Kap tal-PN irrefera wkoll għall-Budget, fejn qal li l-partit mmexxi minnu ppropona li titnaqqas it-taxxa għal min hu fin-negozju, li l-ġenituri igawdu minn tnaqqis fit-taxxa tad-dħul waqt li qed irabbu t-tfal u li l-anzjani u l-pensjonanti jingħataw aktar żidiet.

Artiklu preċedenti
Artiklu li jmiss
Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport