Il-Partit Nazzjonalista qed jaħdem fuq programm elettorali li se jagħti t-tama li dan il-pajjiż u l-poplu se jdawwar il-paġna u se jerġa’ jkollu Gvern Nazzjonalista li se jmexxih ’il quddiem kif jixraqlu. Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista bernard Grech waqt attività politika fil-Każin tal-PN fin-Naxxar.
Grech saħaq li l-poplu Malti llum iħares lejn il-Partit Nazzjonalista bħala t-tama li dan il-pajjiż jerġa’ joqrob lejn in-normalità. Skontu permezz ta’ ħidmet il-PN, iż-żgħażagħ jerġgħu jibdu jemmnu li l-futur tagħhom huwa f’pajjiżna, fejn min jixtieq jinvesti jerġa’ jibda jemmen li jista’ jagħmel dan b’suċċess f’Malta stess, fejn l-anzjan jerġa’ jibda jittama li l-pajjiż li tant ħadem għalih jista’ jroddlu lura ftit mill-ħafna li ta mingħajr ma jkollu jitkarrab.
Huwa qal li l-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jimxi pass pass mal-poplu, se jibqa’ jisma’ dak li jrid mingħandu u se jibqa’ jaħdem qatigħ biex fi żmien qasir ikun jista’ jrodd lura l-fiduċja fi tmexxija soda li tagħti tama ġdida lil dan il-poplu maħbub.
Kif qatt nista nemmen li l pn qed jahdem fuq programm ellettorari.Dan il partit kif qatt jista jirbah elezzjoni bkap li ma jhallas taxxa.Bkap li tpogga fejn qieghed ghax ma sabu lill hadd ta staffa floku.Kap li kellu 60 elf dejn u qal li talab lill ibnu jhallasulu
Dan tifel ta 14 il sena minn fejn seta gab dawn il flus.Missieru qal li kien jahdem.Tifel ta 14 il sena tibatu jahdem sur kap.Hallina nghixu