Sunday, December 22, 2024

Grech jgħid li mhuwiex aċċettabbli li n-nies jaħlu flushom u ħinhom fil-qorti

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Bernard Grech qal li hemm bżonnijiet urġenti fil-qasam tal-ġustizzja li jeħtieġ li jiġu indirizzati fil-qrati. Il-bżonnijiet ta’ dawk li ma jkollhomx għażla oħra milli jmorru l-qorti biex jieħdu ġustizzja. kawżi li qegħdin itawlu u dawn l-individwi minflok wara ftit xhur, qed ikollhom jagħmlu ħafna snin fil-qorti. Huwa għamel referenza għal statistika Ewropea li tgħid li bħala medja l-kawżi f’pajjiżna jdumu tmien darbiet iżjed mill-medja ewropea.

Grech qal li kawża tan-nuqqas ta’ investiment fir-riżorsi fil-qrati mhumiex ibatu dawn in-nies, iżda hemm ukoll l-istess ħaddiema. Huwa qal li riċentament tkellem mal-ħaddiema li huma “kollha rrabjati għalik Ministru u jgħidulek ma nistgħux nlaħħqu Ministru”, kompla Grech.

Huwa rrefera għall-eks Ministru Konrad Mizzi bħala “l-famuż” u għamel allegazzjoni serja li n-naħa l-oħra tal-Kamra jista’ jkun li qegħdin jibqgħu jiddefenduh għax jaf affarijiet fuq kull wieħed u waħda minnhom li l-istess Mizzi jista’ jikxef.

Fl-aħħar tal-indirizz tiegħu, Grech stieden lir-rappreżentanti kollha fil-Parlament biex jappoġġjaw l-oppożizzjoni dwar id-deċiżjoni li bħala parlament jibagħtu lil Konrad Mizzi jwieġeb quddiem l-PAC għax fl-aħħar mill-aħħar jeħtieġ li hu jagħti rendikont tal-flus li ntefqu.

Ekonomija

Sport