Thursday, December 19, 2024

Grech jgħid li se jitqabbdu esperti biex jiggwidawh dwar id-dejn

Aqra wkoll

F’intervista li xxandret ilbieraħ filgħaxija fuq l-istazzjon nazzjonali, il-Kap Nazzjonalista Bernard Grech qal li se jkun hemm l-istudji kollha meħtieġa mill-esperti biex jgħidulu, filwaqt li huwa wkoll jara l-aspett politiku, kif jista’ bl-assi li għandhom jagħmel l-aħjar biex iwaqqaf l-emoraġġija u d-dejn jibda nieżel.

Huwa qal dan wara li l-Ħadd li għadda tkellem dwar il-fatt li għandhom problema finanzjarja u li għandhom dejn ta’ €32 miljun.

“Biex kulħadd irid jifhem li waqt li qed jikteb fuq Facebook, għax fettillu jitfa’ t-tajn jew jattakka biex juri kemm jaf, għax huwa l-ikbar analista tal-politika, jifhem li waqt li qed jikteb qed ikompli jagħmel ħsara lill-partit, qed ikompli jipperikola l-paga tal-ħaddiema u tal-familji tagħhom.”

Huwa qal ukoll li jekk hemm bżonn jinbiegħu l-każini jew jiġu kkummerċjalizzati. 

“Jekk hemm bżonn u għandna bżonn irridu naraw kif l-assi tagħna jintużaw bl-aħjar mod possibbli,” qal Grech

Ekonomija

Sport