Saturday, December 21, 2024

Grech jgħid li taħt Gvern mmexxi minnu ħadd mhu se jieħu x-xogħol ta’ ħadd

Aqra wkoll

“Il-Partit Nazzjonalista se jassigura li s-sagrifiċċji li jagħmlu l-istudenti se jissarrfu f’opportunitajiet fejn int tirnexxi għax tistinka. Taħt Gvern Nazzjonalista ħadd mhu se jieħu x-xogħol ta’ ħadd jekk ma jkunx kompetenti għax il-Partit Nazzjonalista verament jemmen fil-meritokrazija”

Dan kien il-messaġġ li wassal il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervista fuq Net TV. Dwar il-konferenza tas-SiGMA li kellna fi tmiem il-ġimgħa, Grech qal li kien propju Gvern Nazzjonalista li ġab dan is-settur tal-Gamin f’pajjiżna. 

Il-Kap tal-Oppożizzjoni irrimarka li l-protesta ta’ għada, se tkun qiegħda ssir fil-ħin li l-Ministru Clayton Bartolo se jkun qed jitkellem fil-Parlament dwar l-Estimi tal-Ministeru għat-Turiżmu.

Żied jgħid li l-poplu Malti se jkun qed jagħti messaġġ ċar li s-sagrifiċċji li għamlu l-ġenerazzjonijiet ta’ issa biex ikomplu jistudjaw ma jistgħux jintremew

Ekonomija

Sport