Friday, September 13, 2024

Grech jiċħad li abbanduna lil Noel Mifsud Bonnici … fiduċjuż li jista’ jinnegozja dwar l-immigrazzjoni

Aqra wkoll

Waqt intervista tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech il-ġurnalist ta’ One News Samuel Lucas staqsa rigward l-inċident fil-festa tal-Ħamrun. Grech min-naħa tiegħu ċaħad li hu abbanduna lil Noel Mifsud Bonnici u li kien l-istess Noel li qallu biex imur u jkompli man-nies. Mistoqsi jekk jinkwetahx il-fatt li nqala’ l-allegat argument minħabba l-preżenza tiegħu, Grech qal li l-argument tal-ġurnalist ma jreġġix għax kieku l-argumenti jinqalaw minħabba fih kieku kien jinqala l-inkwiet f’aktar minn 30 festa li attenda matul is-sajf.

Mistoqsi rigward it-trasparenza u l-fatt li l-Partit Nazzjonalista ilu għal dawn l-aħħar sentejn ma jippubblikax il-kontijiet finanzjarji tiegħu fuq is-sit tal-Kummissjoni Elettorali, Grech wieġeb il-Partit Nazzjonalista jħares ir-regolamenti u se jkun qiegħed jippubblika dawn iċ-ċifri fil-mument opportun.

Il-ġurnalist ta’ One staqsa lil Grech jekk ma jaqbilx ma’ dak li qalet il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola rigward il-patt il-ġdid tal-immigrazzjoni, bi Grech jiddevja mill-mistoqsija biex ifaħħar il-pożizzjoni ta’ Metsola. Il-ġurnalist ta’ One qal li l-gvern Malti vvota kontra dan il-patt għax dan iżid il-piżijiet fuq pajjiżi fuq il-fruntiera bħalma huwa Malta, bi Grech jinsisti li hu konvint li jista’ jinnegozja fejn tidħol l-immigrazzjoni. 

Mistoqsi rigward dak li qal Peter Agius li Partit Nazzjonalista fil-Gvern ikeċċi lill-ħaddiema barranin kollha u jekk jaqbilx miegħu, Grech qal li d-differenza bejnu u bejn il-Prim Ministru hija li hu jemmen li jista’ jattira żgħażagħ li jidħlu għal ċertu xogħlijiet bħalma huma l-infermiera.

Ekonomija

Sport