Sunday, November 24, 2024

Grech jisħaq li l-PN qiegħed jissaħħaħ

Jiċċara li mhux bilfors safu l-affarijiet bl-addoċċ f'Kordin

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Qawwu qalbkom, taqtawx qalbkom għax il-Partit Nazzjonalista għalhekk qiegħed jissaħħaħ. Qiegħed jissaħħaħ għax fehem illi għandu obbligu kbir lejk u li jkun it-tarka tiegħek. Li huwa l-unika partit li jista’ jkun u se jkun hu t-tarka tiegħek”. Iddikjara dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt intervista fuq NET FM.

Grech fakkar fuq il-protesta ftit tax-xhur ilu b’rabta mal-għoli tal-ħajja. Huwa tkellem dwar dawk li jixtiequ jixtru proprjetà u kif skont studji ppubblikati fl-aħħar jiem irriżulta li żewġ persuni b’paga minima ma jaffordjawx jixtru proprjetà iktar għolja minn €145,000. Huwa staqsa jekk teżistix proprjetà adattata għal żewġ min-nies b’dan il-prezz.

Huwa appella biex fl-1 ta’ Mejju, il-Partit Nazzjonalista li hu qalbu mal-ħaddiema, isib l-appoġġ tal-ħaddiema li għadhom mingħajr serħan il-moħħ dwar il-futur tagħhom, ħaddiema li mhux jingħataw is-servizz tas-saħħa li tixirqilhom u dawk kollha li jridu tassew pajjiż aħjar. 

“Għażla waħda għandek, tingħaqad magħna. Din hija s-sejħa tiegħi. Nhar it-Tnejn, mhux li ġej ta’ wara niltaqgħu fl-4:00 p.m għal prostesta… Niltaqgħu quddiem l-Isptar San Luqa għax irridu nibatu l-messaġġ li l-ġlieda tagħna għadha ħajja u għaddejja”, saħaq Grech. 

Waqt l-istess intervista Grech tkellem ukoll dwar l-aħħar żviluppi tal-ftehim mal-infermiera u l-qwiebel, l-Air Malta u anke t-talba ta’ omm JeanPaul Sofia biex issir inkjesta pubblika.

Dwar din tal-aħħar Grech iċċara li minkejja l-insistenza tiegħu biex iwassal it-talba ta’ omm JeanPaul Sofia, mhux qiegħed jgħid li saru l-affarijiet bl-addoċċ għax għalhekk hemm bżonn l-inkjesta pubblika biex toħroġ il-verità.

Sport