Sunday, November 3, 2024

Grech l-unika persuna li esprima interess għall-kariga tal-PN

Aqra wkoll

F’nofsinhar illum għalaq iż-żmien għall-espressjoni ta’ interess kif stipulat fir-regolamenti għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista b’Bernard Grech, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, jkun l-uniku persuna li esprima l-interess għal din il-kariga.

Il-Kumissjoni Elettorali għalhekk issa talbet lill-Kumissjoni Kandidati sabiex min-naħa tagħha llum stess tibda l-proċess li jmiss dak ta’ ‘Due Diligence’. Wara li l-Kummissjoni Kandidati tikkonkludi x-xogħol tagħha, l-Kummissjoni Elettorali tiftaħ il-proċess għan-nomina uffiċjali għall-Kap tal-Partit Nazzjonalista minn dawk li kienu esprimew interess.

Sport