Tuesday, March 17, 2026

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks b’rebħa prezzjuża fuq Floriana Young Stars

Aqra wkoll

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks kisbu rebħa prezzjuża ta’ 3-2 kontra Floriana Young Stars fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey f’logħba li ntlagħbet fil-Kumpless tal-Hockey f’Kordin.

Iż-Żrieraq dejjem kienu minn fuq għalkemm il-Furjaniżi dejjem baqgħu wara l-avversarji fejn baqgħu jippruvaw sal-aħħar.

Gary Bonnici skorja doppjetta filwaqt li Jayden Cutajar żied ieħor għal Żurrieq. Deemer Rapinett skorja doppjetta għal Floriana.

Umpires kienu Keith Calleja u Dario Cacopardo.

Fil-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil Qormi 4-3.

Mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil De La Salle Young Stars B 10-2. Mill-banda l-oħra, De La Salle Young Stars B ġew draw ta’ 4-4 kontra Qormi Daikin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport