Tuesday, December 23, 2025

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks dominanti fuq White Hart

Aqra wkoll

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks iddominaw għal kollox il-konfront mill-kampjonat nazzjonali tal-Hockey meta għelbu lil White Hart 13-0.

Kif jindika l-iskor, iż-Żrieraq kienu ferm dominanti fil-logħob tagħhom u ftit taw ċans lil White Hart iwettqu xi tip ta’ reazzjoni.

Christ Agius skorja sitt gowls, Jayden Cutajar kien awtur ta’ tripletta filwaqt li Alessandro Amore sab ix-xibka darbtejn. David Vella Dingli u Stefano Schembri żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.

Umpires kienu Karl Chircop u Keith Calleja.

F’logħba waħda mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Marsaskala Heat għelbu lil Qormi Daikin 3-2. Wara draw ta’ 0-0 sa tmiem l-ewwel żewġ sessjonijiet, fit-tielet quarter il-Qriema marru minn fuq għalkemm l-Iskalin baqgħu kalmi u saħansitra dawru l-iskor favurihom.

Kane Zammit skorja doppjetta għal Marsaskala b’Alessandro Piscopo li żied ieħor. Giorgio Muscat u Dion Fenech sabu x-xibka għal Qormi.

Umpires kienu Karl Chircop u Silvio Peralta.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport