Wednesday, November 19, 2025

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks ikomplu bil-forma pożittiva tagħhom

Aqra wkoll

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks kisbu rebħa kbira ta’ 6-0 kontra White Hart fiċ-Challenge Cup organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Hockey.

Alessandro Piscopo u Alessandro Amore skorjaw doppjetta kull wieħed filwaqt li Gary Bonnici u Daniel Ellul ukoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Umpires kienu James Mizzi u Keith Calleja.

Fil-Hockey 7s, Qormi Daikin baqgħu konsistenti għalkemm xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lil Floriana Young Stars 5-4.

Julian Zahra kien ta’ ispirazzjoni għall-Qriema wara li skorja tliet gowls filwaqt li John Williams u Singh Sandhu żiedu tnejn oħra.

Floriana baqgħu fil-logħba b’doppjetta ta’ Justin Farrugia, Krista u Damien Falzon.

Umpires kienu Oscar Toledano u Silvio Peralda.

F’partita ferm bilanċjata u inċerta sal-aħħar mill-kampjonat ta’ taħt it-18-il sena, Qormi Daikin għelbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 6-5.

Nicole Zammit kienet il-protagonista għall-Qriema hekk kif skorjat erba’ gowls b’Giorgio Muscat iżid tnejn oħra.

Iż-Żrieraq sabu x-xibka wara erba’ gowls ta’ Jayden Cutajar u ieħor ta’ Nicolai Runza.

Umpires kienu Dario Cacopardo u Silvio Peralda.

F’logħba mill-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Floriana Young Stars għelbu lil Marsaskala Heat 3-2.

Matteo Vella Chetcuti skorja doppjetta għall-Greens b’Gabriel Cordina li żied ieħor għat-tim tiegħu.

Marsaskala Heat naqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta’ Braylon Gatt Gellel u Liam Carabott.

Umpires kienu Alessandro Amore u Keith Calleja.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport