Wednesday, September 3, 2025

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks jiċċelebraw il-50 anniversarju

Aqra wkoll

Il-klabb ta’ GREE Żurrieq Wolves Hotsticks qed jiċċelebra l-50 anniversarju tiegħu. Fil-fatt il-Hotsticks, kif inhuma magħrufa, twaqqfu f’Diċembru tas-sena 1975 bil-fundatur ikun Tony Caruana Smith li ġabar numru ta’ tfal sabiex iħarriġhom il-logħba tal-Hockey.

F’Mejju 1977, il-Hotsticks ħadu sehem għall-ewwel darba f’kompetizzjoni uffiċjali tal-Hockey Association Malta, b’żewġ timijiet taż-żgħażagħ. Mill-istaġun ta’ wara huma bdew jikkompetu regolarment fejn bdew jirbħu wkoll xi unuri fil-kategoriji taż-żgħażagħ. .

Fl-1980/81 bdew jikkompetu fil-kampjonati tal-kbar u minn dak iż-żmien ‘l hawn rebħu diversi fosthom ħames darbiet il-kampjonat nazzjonali, erba’ darbiet is-Super Cup u sitt darbiet iċ-Challenge Cup.

Il-klabb se jorganizza attivita’ speċjali fid-19 ta’ Settembru biex ifakkar dan l-anniversarju.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport