Tuesday, March 31, 2026

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks jirritornaw għar-rebħ

Aqra wkoll

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks irritornaw għar-rebħ fil-Kampjonat Nazzjonali tal-Hockey wara li għelbu lil White Hart 10-3.

Iż-Żrieraq, li kienu ġejjin minn telfa ta’ 7-4 kontra Qormi, għamlu l-intenzjonijiet tagħhom sa mill-bidu għalkemm l-ewwel żewġ quarters tal-logħba kienu bilanċjati b’Żurrieq 2-0 minn fuq iżda b’White Hart li sa tmiem it-tieni quarter ġabu d-draw.

Minkejja kollox, iż-Żrieraq iddominaw it-tielet u r-raba’ quarter sabiex ħadu l-punti massimi minn dan il-konfront.

Alessandro Amore skorja erba’ gowls filwaqt li Jayden Cutajar skorja doppjetta. Christ Agius, Lukas Plaehn, Daniel Ellul u Stefano Schembri kellhom ukoll is-sodisfazzjon li jsibu x-xibka.

White Hart kellhom lil David Agius, Wyatt Magri u Glenn Bonello jiskorjaw gowl kull wieħed.

Umpire kienu Karl Chircop.

Fil-Hockey 7s, Qormi Daikin xejn ma sabuha faċli sabiex jegħlbu lil GREE Żurrieq Wolves Hotsticks 4-3.

Wyatt Magri skorja żewġ gowls filwaqt li Julian Zahra u Ayrton Falzon ukoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.

Nicolai Runza, Daniel Ellul u Jayden Cutajar skorjaw għaż-Żrieraq.

Umpires kienu Karl Chircop u Shane Lovett.

Fil-kampjonat ta’ taħt l-14-il sena, Qormi Daikin għelbu lil Floriana Young Stars B 10-0.

Zackary Farrugia skorja tliet gowls filwaqt li kien hemm doppjetti Zain Lee Carabott, Eyen Toledano u Sam Cassar. Zack Xuereb żied gowl ieħor għal Qormi.

Umpires kienu Yan Camilleri u Xylon Cassar.

Mill-istess kampjonat, Marsascala Heat għelbu lil De La Salle Youngstars 2-0.

Liam Carabott kien protagonista għall-Iskalin meta skorja doppjetta.

Umpires kienu Alessandro Amore u Karl Chircop.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport