Monday, September 22, 2025

GREE Żurrieq Wolves Hotsticks jorganizzaw serata f’għeluq il-50 sena tagħhom

Aqra wkoll

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, il-klabb tal-hockey GREE Żurrieq Wolves Hotsticks organizzaw serata speċjali f’għeluq il-50 sena mit-twaqqif tagħhom. Kien avveniment fejn ingħataw ukoll rikonoxximenti lill-aqwa plejers li spikkaw fl-istaġun li għadda.

Christ Agius rebaħ l-aqwa plejer tat-tim tal-kbar wara wirjiet kbar li ta u gowls deċiżivi li skorja.

Carmine Francese rebaħ l-aqwa plejer tal-Hockey 7s hekk kif kien ta’ ispirazzjoni għat-tim tiegħu tul l-istaġun 2024/25.

Adam White (under 12) u Caine Farrugia (under 14) rebħu l-unur tal-aqwa plejers fil-kategorija tagħhom filwaqt li Ethan Abela (under 12) u Thomas White (under 14) kienu magħżula bħala l-iktar plejers li tjiebu tul l-istaġun li għadda.

Kien hemm rikonoxximenti minn dan il-klabb lil Henry Cachia, Andrew Monaghan, Tony Caruana Smith, Chris Tabone, Mario Lentini, Robert DeMarco, Lilyen Fiedler, Manuel Imbroll u Pierre George.

Il-fundatur tal-klabb tkellem Tony Caruana Smith tkellem f’din l-okkażjoni fejn qal li 50 sena għaddew qishom ħolma u li f’dawn is-snin ra l-klabb jikkonsolida postu fost l-aqwa timijiet tal-hockey f’pajjiżna filwaqt li bdew ġejjin l-unuri wkoll.

Il-president ta’ GREE Żurrieq Wolves Hotsticks Andrei Imbroll qal li hu ta’ privileġġ li qed imexxi dan il-klabb u qal li matul dan is-sajf ħadmu sabiex isaħħu l-iskwadra f’kull dipartiment.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport