Bħalissa fi Spanja qed jiġi diskuss il-futur tal-attakkant internazzjonali Franċiż Antoine Griezmann. Hu qed jaħsibha jekk jibqax magħhom u għalhekk jonorax il-kuntratt li għandu sa Ġunju 2026 jew inkella jmurx jilgħab fil-Major League Soccer Amerikana fl-istaġun li ġej.
Griezmann għandu 33 sena u hu wieħed mill-plejers li l-kowċ Diego Simeone jafda b’għajnejh magħluqa. Magħhom hu lagħab 81 logħba u skorja 36 logħba sa mis-sena 2022.