Erbgħin rekluti ġodda bdew il-vjaġġ tagħhom sabiex jilħqu uffiċjali korrettivi. It-taħriġ li huwa mqassam f’sittax-il ġimgħa jinkludi diversi suġġetti biex b’hekk jingħataw it-tagħrif u l-ħiliet neċessarji biex ikunu jistgħu jaqdu dmirhom sew.
Il-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija il-Kurunell Alexander Dalli, indirizza lir-rekluti l-ġodda fl-ewwel ġurnata tagħhom fejn spjegalhom li jridu jkunu ta’ eżempju għas-soċjetà, speċjalment meta jkunu liebsin l-uniformi. Huwa saħaq dwar l-importanza li jservu lill-pajjiżhom bl-akbar dedikazzjoni u unur. “Intom illum tajtu bidu għal karriera sabiħa fil-ħajja tagħkom. Nawguralkom kull suċċess,” qal il-Kurunell Dalli.