Friday, December 27, 2024

Grupp ta’ żgħażagħ mġiegħla jirritornaw u jnaddfu … adult identifikat minn cameras se jiġi mmultat

Aqra wkoll

Grupp ta’ żgħażagħ fil-kumpanija ta’ adult ġew mġiegħla jirritornaw fiż-żona magħrufa bħala Qalet Marku fil-limiti ta’ Baħar iċ-Ċagħaq biex inaddfu ħmieġ li ħallew imxerred inkluż mal-bajja.

Kienu l-Pulizija flimkien mar-Rangers li identifikaw lill-persuni li ġegħluhom jirritornaw u jnaddfu sal-inqas farka ħmieġ li kienu ħallew warajhom filwaqt li komplew jgħumu.

Filwaqt li ż-żgħażagħ ġew imwissija li dan mhux il-mod ta’ kif isiru l-affarijiet biex ħaddieħor ikun jista’ jgawdi l-istess postijiet, l-adult ġie maqbud f’filmat iħalli ż-żona b’karozza u filwaqt li se jiġi mitkellem, mistennija tinħareġ multa fil-konfront tiegħu.

Fi stqarrija maħruġa mill-Malta Ranger Unit intqal li ta min jinnota li l-ġenituri huma responsabbli ta’ persuni minorenni u filwaqt li huma mħeġġa biex ifakkru lil uliedhom li l-indafa li jeħtieġ tinżamm id-dar jeħtieġ tinżamm barra wkoll u li huma jistgħu jinżammu responsabbli għal multi maħruġa fil-konfront ta’ reati mwettqa minn minorenni.

Ekonomija

Sport