Friday, November 15, 2024

Gruppi konsultattivi għal persuni li jużaw servizzi ta’ ħarsien soċjali

Aqra wkoll

Fil-ġimgħat li ġejjin, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali se tkun qiegħda toħloq gruppi konsultattivi li se jkunu fformati mill-persuni nfushom li jużaw is-servizz. L-għan ta’ dawn il-gruppi hu li jagħtu vuċi lil dawn in-nies li qegħdin jieħdu xi servizz ta’ ħarsien soċjali, ħalli jgħinu lill-Awtorità tifhem kif tista’ ttejjeb is-servizz li jingħata.

Dawn il-persuni se jkunu involuti direttament fil-pjattaformi ta’ kollaborazzjoni, fejn ikollhom iċ-ċans jispjegaw x’diffikultajiet ikunu għaddejjin minnhom. Dan kollu mbagħad għandu jiġi rifless fl-iStandards Soċjali Regolatorji li se jkunu qegħdin jiġu ppubblikati, fejn l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali tara li tagħti l-għajnua kollha li jkollhom bżonn dawk li jieħdu s-servizz.

Hekk żvela l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali, Matthew Vella li spjega li se jkun hemm tliet gruppi konsultattivi li jolqtu s-setturi kollha li tirregola l-Awtorità. Dawn huma s-setturi tal-anzjani u tal-persuni b’diżabilità; dak tat-tfal u ż-żgħażagħ; u dak tal-persuni bi problem ta’ abbuż tas-sustanzi u dipendenzi oħra, servizzi fil-komunità u individwi li esperjenzaw vjolenza domestika.

F’dawn il-gruppi huma mistiedna li jieħdu sehem kemm persuni li jagħmlu użu minn xi servizz, kif ukoll qraba tagħhom. Min hu interessat hu mistieden li jibgħat email fuq [email protected] jew inkella jċempel fuq 25494345.

https://www.inewsmalta.com/2020/10/kellmuna-halli-nkomplu-nghinukom/
Ekonomija

Sport