Malta se tkun assigurata mill-ewwel żewġ postijiet fis-singles tan-nisa tal-isquash wara bidu mill-aqwa hekk kif kemm Colette kif ukoll Lijana Sultana kisbu rebħiet tajbin.
Kienet Colette Sultana li lagħbet kontra Vasa Karasava ta’ Ċipru fl-ewwel partita. Il-player ta’ 27 sena għelbet liċ-Ċiprijotta bi straight-sets ta’ 11-2,11-4 wara wirja tattika li wasslet biex tpoġġi isimha bħala l-ewwel finalista.
Fil-partita sussegwenti, Lijana Sultana ffaċċjat lil Sandra Denis tal-Lussemburgu, li nhar it-Tnejn kienet għelbet lill-Maltija Johanna Rizzo. B’differenza għal Hambides, Denis għamlet użu aħjar mill-esperjenza tagħha biex tat lil Lijana Sultana aktar partita diffiċli u l-ewwel logħba kienet l-eżempju perfett hekk kif minkejja rimonta għal 8-8, Denis rebħet l-ewwel logħba 11-8.
Lijana Sultana rebħet it-tieni logħba biex ġabet l-iskor indaqs. Finali mill-isbaħ rat liż-żewġ players rat lil Lijana Sultana tirbaħ wara tliet tie breaks biex b’hekk se tkun qed tiffaċċja lil oħtha fil-finali.