Sunday, June 1, 2025

GSSE 2025: Malta tikser ir-rekord tar-rebħ ta’ midalji barra minn xtutna

Aqra wkoll

L-għawwiema Sasha Gatt irnexxielha tispiċċa l- ewwel b’rimonta notevoli fl-aħħar parti tagħha tal-400m freestyle (f’ħin ta’ 4:17.52) biex rebħet it-tieni midalja tad-deheb tagħha, it-tielet waħda personali iżda fuq kollox tat lil Malta d-disa’ midalja tad-deheb.

Dan ifisser li Malta issa stabbiliet rekord ġdid ta’ midalji f’ediz­zjoni tal-Paj­jiżi ż-Żgħar ospitata barra minn xtutna.

B’kollox f’din l-edizzjoni sa issa, Team Malta rebaħ 9 midalji tad-deheb, 11 tal- fidda u 10 tal-bronż għal total ta’ 30.

Ir-rekord preċedenti kien ġie reġistrat fil-Logħob ta’ Liech­tenstein, fl-2011, meta dak in-nhar il-Maltin rebħu 8 midalji tad-deheb, 13 tal- fidda u 13 tal-bronż. 

Atletika: Fl-atletika, Gina McNamara rebħet il-fidda u Mireya Bugeja akkwistat l-midalja tal-bronż fl-1,500 metru.

L-atleti Maltin daħlu wara Vera Hoffmann Bertemesn tal-Lussenburgu li kisbet ħin ta’ 4:22.62.

Table-Tennis: Fit-Table Tennis, it-team tan-nisa, kompost minn Maria-Carmelia Iacob u Renata Strbi­kova, avvanza għas-semi-finali wara li għeleb kemm lil Ċipru kif ukoll lill-Montenegro bl-iskor identiku ta’ 3-0 fil-fażi tal-gruppi tagħ­hom.

Il-konfront tal-final four u l-finali għall-midalja tad- deheb se jintlagħbu llum. 

Sadanittant, it-team tal-irġiel, iffurmat minn Dmitrij Prokopcov u Felix Wetzel,  ikkwalifika mal-aħħar erbgħa meta fil-fażi tal- gruppi warrab l-isfida ta’ Mon­tenegro, ta’ Ċipru u tal-Islanda li għelibhom bl-iskor identiku ta’ 3-0. 

Ċikliżmu: Fl-avveniment tal-Mountain Bike, iċ-ċik­listi Maltin sabuha kemm­xejn diffiċli.

Luke Borg (14), Clyve Chetcuti (15), u Mark Bon­nici (18) tħabtu ferm kontra grupp ta’ ċik­listi ta’ klassi mondjali li ħadu sehem fl-Olimpjadi tas-sajf.

It-tliet ċiklisti Maltin spiċċaw wisq lura hekk kif ġew megħluba minn dawk li kellhom il-kmand, b’Roman Puen­tener ta’ Liechtenstein, li s-sajf li għadda tellaq għal pajjiżu fl-Olimpjadi ta’ Pa­riġi, jirbaħ id-deheb f’ħin ta’ 1:24:18 quddiem iċ-Ċiprijott Andreas Miltia­dis (1:25:29) u Felix Sprenger ta’ Liechtenstein (1:26.01).

Tennis: Francesca Curmi u Elaine Genovese avvanzaw għas-semi-finali tad- doubles tan-nisa.

Iċ-champions renjanti għelbu lill-koppja ta’ Andorra 6-2 6-4 hekk kif issa aċċertaw mill-inqas midalja tal-bronż.

Fil-finali se jiffaċċjaw lil Lussemburgu jew inkella lil Ċipru.

Alex Degabriele għadda għas-semi-finali tal-kompetizzjoni tas-singles tal-irġiel wara rebħa ta’ 7-6, 6-2 fuq il-player mil-Lussemburgu, Raphael Calzi.

Fis-semi-finali tal-lum, huwa se jiffaċċja lil Valentin Vacherot ta’ Monaco. Disat ijiem ilu, Vacherot ġie eli­mi­nat fir-round ta’ kwalifikazzjoni tal-French Open wara li tilef kontra Nikoloz Basilashvili ta’ Georgia 7-6, 6-3. 

Sadanittant, Liam Delicata tilef kontra Andreas Timini ta’ Ċipru 6-3 6-2.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport