Dan hekk kif it-tim Malti, kompost mill-koppja Maria Carmelia Iacob u Renata Strbikova, tilef il-finali kontra l-koppja Enis Sadikovic u Sarah De Nutte tal-Lussemburgu bl-iskor ta’ 3-1.
Il-Maltija Strbikova tilfet l-ewwel logħba 3-1, filwaqt li Iacob rebħet dik ta’ wara 3-1. L-avversarji tagħna rebħu t-tielet logħba, dik tad-doppji.
Fir-raba’ logħba Maria Carmelia Iacob ma komplietx il-konfront tagħha minħabba problemi fiżiċi u rtirat. B’hekk il-finali intrebħet mil-Lusemburgu.
Aktar qabel fis-semifinali, il-Maltin għelbu lill-koppja minn San Marino bl-iskor ta’ 3-1.