Wednesday, May 28, 2025

GSSE 2025: Żewġ midalji oħra tad-deheb għal Malta

Aqra wkoll

Fil-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar li qed isiru f’Andorra, Team Malta rebaħ żewġ midalji oħra tad-deheb

*Luke Galea rebaħ il-midalja tad-deheb fil-Karate Kumite ta’ Taħt it-84 kg, meta fil-’finali’ għeleb lil Serra Rodrigues tal-Lussemburge 3-2.

Il-konfronti ntlagħbu fil- format ta’ round robin hekk kif l-ewwel vittma ta’ Galea kien Ryan Broder ta’ Liechtenstein (9-0) biex imbagħad għeleb liċ-Ċiprijott, Demetris Demetriades (1-0).

L-aħħar konfront kien kontra Rodrigues wara li ż-żewġ atleti rebħu ż-żewġ sfidi tagħhom u eventwalment, Galea ħareġ rebbieħ.

* Sophie St John, rebħet il-midalja tad- deheb fil-Vault bi prestaz­zjoni mill- aktar impressjonanti.

Il-ġinnasta żagħżugħa Maltija kellha żewġ qab­żiet brillanti biex kisbet punteġġ totali ta’ 12.550 li tefgħuha fil-quċċata tal- klas­sifika.

St John spiċċat eżatt qabel Rakel Petursdottir tal-Islanda (12.525 punt) u Eleana Panagiotou ta’ Ċipru, li kisbet 12.400 punti.

Ir-rappreżentanta l-oħra Maltija, Julia Galea, spiċċat fis-sitt post b’11.925 punti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport