Saturday, December 14, 2024

GSSE – Bidu mill-aqwa għal Malta fl-isquash

Aqra wkoll

Il-plejers Maltin tal-isquash ma setgħux kellhom bidu aħjar bi tliet rebħiet fis-sessjonijiet bikrin tal-ġurnata.

Tliet rebħiet minn Niall Engerer, Daniel Zammit Lewis, u Kijan Sultana fissru li Malta rebħu l-logħob kollu fl-ewwel ġurnata . B’hekk, Zammit Lewis u Sultana se jkunu qed jiffaċċjaw lil xulxin fil-kwarti finali. Engerer min-naħa tiegħu, se jiffaċċja lil Amir Samimi tal-Lussemburgu.

Kien Engerer li fetaħ l-impeni għall-Maltin meta affronta liċ-Ċiprijott Andreas Koufetas fl-ewwel logħba tal-ġurnata. Bl-iskor ta’ 11-3, u 11-2, l-atleta Malti rnexxielu jiskeb rebħa ta’ 2-0.

Warajh kien hemm Zammit Lewis li ffaċċja Ċiprijott ieħor Yiannis Eftychiou, u rebaħ il-logħba bi straight sets ukoll, fejn kiseb punteġġi ta’ 11-6, 11-4 sets għal rebħa oħra ta’ 2-0.

Fl-aħħarnett, Sultana, l-iżgħar player maskili ta’ 19-il sena, xejn ma tħabat meta għeleb l-isfida tal-Iżlandiż Gustaf Bjornsson b’punteġġi ta’ 11-3, 11-0 għat-tielet rebħa ta’ 2-0 għal Malta.

Ekonomija

Sport