Friday, November 15, 2024

GSSE – Malta tikseb l-ewwel rebħa fit-3×3 Basketball

Aqra wkoll

Fl-avveniment 3×3 tal-basketball, Malta għamlet id-debutt tagħha kemm fil-kompetizzjoni tal-irġiel kif ukoll tan-nisa. It-tim tal-irġiel irreġistra l-ewwel rebħa ta’ Malta fil-Logħob.

Kienu n-nisa l-ewwel li lagħbu meta ffaċċjaw lil Ċipru u kienu l-viżitaturi li ddominaw l-istadji tal-ftuħ kontra l-plejers Maltin. Madankollu, il-prospetti inbidlu hekk kif il-logħba kompliet għaddejja u Malta marru fil-vantaġġ f’nofs il-konfront. Minkejja dan, punti fl-aħħar minuti fissru li Ċipru rebħu l-logħba b’mod drammatiku bl-iskor ta’ 15-14.

Wara, il-Lussemburgu lagħbu kontra Malta u din id-darba, huma irriżultaw bħala wisq b’saħħithom għall-Maltin u rebħu l-logħba bl-iskor finali ta’ 21-8.

L-attenzjoni marret fuq l-irġiel, hekk kif Malta tilfet 21-9 kontra l-Lussemburgu fl-ewwel partita tagħhom. B’mod simili għan-nisa, il-Lussemburgu se jkun wieħed mill-favoriti tat-tournament u dan wera immedjatament hekk kif kellhom prestazzjoni dominanti.

Wara, Malta ffaċċjat lil Ċipru b’Vule Jandric jikseb two-pointer kruċjali lejn l-aħħar tal-partita biex ta lil Malta l-ewwel rebħa bi skor finali ta’ 21-18.

Intnat, kien imiss logħba oħra tan-nisa, fejn Malta tilfet bl-iskor ta’ 21-18 kontra Andorra.

Ekonomija

Sport