Thursday, February 20, 2025

Guardiola ikkonċentrat fuq l-istaġun

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Manchester City Pep Guardiola għażel li ma jindirizzax xi tip ta’ spekulazzjoni dwar xi plejers mill-iskwadra tiegħu li jistgħu jitilqu mill-klabb hekk kif f’Jannar waslu Omar Marmoush, Vitor Reis, Nico Gonzalez u Abdukodir Khusanov.

Guardiola qal ma jafx x’jaqbad jgħid fuq din is-sitwazzjoni hekk kif hu sostna li iktar moħħu fil-kompetizzjonijiet li għaddejjin fihom li huma l-kampjonat, l-UEFA Champions League, l-FA Cup u l-FIFA World Club Cup.

Hu qal li kull membru tat-tim hu importanti għalkemm se jkun hemm min jilgħab iktar minn ħaddieħor.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport