Gudja U……………2
Mosta……………….1
Gudja United kisbu tliet punti prezzjużi meta għelbu lil Mosta bl-iskor ta’ 2-1, bil-goals għalihom jaslu wieħed f’kull taqsima. B’hekk, huma laħqu lill-istess Mosta fil-ħames post bi 23 punt biex temmew is-sena kalendarja fuq nota pożittiva.
Gudja għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss żewġ minuti Ayrton Azzopardi kellu xutt mill-viċin li ntemm barra.
Ħames minuti wara, Navarrete ittanta xortih permezz ta’ xutt minn tarf il-kaxxa li iżda ntemm barra.
Gudja komplew jiddettaw il-logħob u mal-kwarta logħob, Navarrete, kellu xutt salvat bi bravura mill-goalkeeper ta’ Mosta, Ini Etim Akpan.
Fil-25 minuta, reġa’ kien Nicolas Navarrete li ħoloq il-periklu, iżda reġa’ kellu t-tentattiv tiegħu salvat tajjeb minn Akpan.
Gudja komplew jippressaw u fil-31 minuta, fetħu l-iskor meta AYRTON AZZOPARDI wara li rċieva mingħand Navarrete, tefa’ ġewwa.
Mosta wieġbu żewġ minuti biss wara meta Christ Ememe kellu xutt minn ġol-kaxxa li stampa mal-mimduda.
Il-Mostin komplew fuq l-offensiva u Jacob Akrong u Christ Ememe kellhom xuttijiet konsekuttivi salvati tajjeb mill-goalkeeper ta’ Gudja, Glenn Zammit.
Fil-45 minuta, Mosta spiċċaw jilagħbu bi player inqas meta tkeċċa għalihom il-captain Tyrone Farrugia wara ritaljazzjoni li wettaq fuq player avarsarjju.
Madankollu, ftit sekondi wara, għalkemm bi player inqas, Mosta, irnexxielhom iġibu l-iskor indaqs meta l-player veteran CLAYTON FAILLA venven xutt minn barra l-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Glenn Zammit.
Iżda fit-48 minuta, Gudja reġgħu qalbu l-iskor favurihom meta NICOLAS NAVARRETE għeleb lil Akpan permezz ta’ xutt fil-baxx.
Mosta kważi ġabu l-iskor indaqs fis-60 minuta meta Duane Bonnici minn pożizzjoni ideali tefa’ barra.
Gudja bdew jagħfsu għat-tielet goal u għaxar minuti wara, Matias Muchardi, kellu xutt mill-viċin salvat tajjeb min Akpan.
L-istess Akpan reġa’ kien strumentali fit-82 minuta meta salva xutt mill-viċin tas-solitu Navarrete, biex ftit wara s-sostitut Tatsuro Nagamatsu, reġa’ sab lil Akpan attent.
Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos, 5-André Prates, 9-Vito Plut, 10-Ayrton Azzopardi (8-Tatsuro Nagamatsu 64), 13-James Arthur, 14-Neil Micallef, 17-Karl Micallef, 22-Hubert Vella, 30-Matias Muchardi, 77-Nicolas Navarrete (88-Farid Zuniga 90) Coach: Andrea Agostinelli
Mosta: 12-Ini Etim Akpan, 6-Roderick Briffa (18-Joseph Ibe 58), 8-Christ Ememe, 11-Duane Bonnici (14-Kalu Nsumoh 71), 13-Clayton Failla, 20-Boubakary Diarra, 22-Tyrone Farrugia, 30-Jacob Akrong, 33-Geoffrey Edwin Acheampong (10-Tenebe Precious 90), 77-Zachary Brincat (M. Okoh 71), 98-Rodrigues Ekani (74-Jake Vassallo 58) Coach: Joseph Grech
Referee: Matthew De Gabriele
Ass. Referees: Jurgen Spiteri, Mitchell Scerri
Raba’ Uffiċjal: Alex Johnson
Skorers: A. Azzopardi 31, N. Navarrete 48 (G), C. Failla 45 (M)
Tkeċċa: Tyrone Farrugia 45 (M)
Ammoniti: J. R. Bolanos, Neil Micallef, H. Vella, N. Navarrete, V. Plut (G), Z. Brincat, C. Ememe (M)
Player tal-Logħba: Clayton Failla (M)