Sunday, November 3, 2024

Gudja United għall-ewwel darba fil-quċċata tal-klassifika

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Gudja United ………..2

Zebbug Rangers …….1

Gudja United kitbu l-istorja meta telgħu fl-ewwel post tal-ogħla diviżjoni Maltija għall-ew­wel darba fl-istorja tal-club meta għelbu lil Zebbug Rangers bl-iskor ta’ 2-1.

Huma ma setgħux kel­lhom bidu aħjar meta wara biss erba’ minuti fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn cross mix-xellug ta’ Karl Micallef, VITO PLUT għola tajjeb fuq kulħadd u b’daqqa ta’ ras stupenda xeħet il-ballun fix-xibka.

Huma komplew fuq l-offensiva u fis-17-il minuta rduppjaw l-iskor meta reġa’ kien Karl Micallef li indirizza cross insidjuż bid-difiża tar-Rangers tonqos milli tikklerja l-ballun li finalment intemm għand JOHANN BEZZINA u permezz ta’ xutt mill-viċin ma żbaljax.

B’dawn iż-żewġ goals prattikament kmieni, il- Gudjani bdew jiddomi­naw u fl-24 minuta tilfu cans tad-deheb li jiskorjaw it-tielet goal meta Samuel Gomes Da Mata dar tajjeb mal-goalkeeper Jamie Az­zopardi iżda sab lill-captain tar-Rangers, Shaun Bugeja, li salva l-ballun minn fuq il-linja fatali.

Erba’ minuti biss wara, il-coach ta’ Zebbug, Brian Spiteri kellu jaffettwa sostituzzjoni sfurzata hekk kif weġġa’ l-player Wilker Rocha Santos biex minfloku daħal jilgħab Randall Vella.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima Zebbug Rangers ħarġu iktar aggressivi fit-tentattiv li jnaqqsu l-marġni tal-iskor u jidħlu fil-logħba … u proprju Stanismir Miloskovic kellu x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa jiġi salvat taj­jeb mill-goalkeeper Gudjan, Glenn Zammit.

Huma komplew jippressaw u fit-68 minuta, freekick insidjuż ta’ Stefan Jankovic ġie devjat f’corner mill-barriera ta’ Gudja.

Fid-79 minuta, Gudja għamlu reazzjoni u kienu għoddhom skorjaw it-tielet goal meta Selenani Ahinga xeħet cross mix-xellug lejn Vito Plut li minn taħt il-lasti xeħet inkredibbilment għoli.

U ta’ dan in-nuqqas hum pattew qares minħabba li tliet minuti wara, kienu r-Rangers li naqqsu l-marġni tal-iskor meta wara li rċieva minn free­kick u bid-difiża ta’ Gudja tonqos milli tikklerja l-ballun, CHARLES LOKOLI NGOY tefa’ ġewwa mill-viċin.

GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos, 5-Andre Prates, 9-Vito Plut (7-John Mintoff 79), 13-James Arthur, 14-Neil Anthony Micallef, 17-Karl Micallef, 19-Johann Bezzina (11-Benvenu Selemani Ahinga 64), 23-Neil Tabone, 39-Samuel Gomes Da Mata, 77-Nicolas Navarrea (22-Hubert Vella 54)  – Coach: Andrea Agostinelli

ZEBBUG R.: 1-Jamie Azzopardi, 3-Shaun Bugeja (5-Travis Bartolo 79), 4-Leandro Almeida, 6-Wilker Rocha Santos (16-Randall Vella 28), 7-Yanis Tonna (8-Ayrton Mizzi 62), 10-Stefan Jankovic, 11-Charles Lokoli Ngoy, 15-Roberto Enrique Sanchez, 18-Amir De Jesus Soto Maldonado, 21-Stanimir Milsokovic (9-Miguel Perez Jimenez 62), 23-Kurt Bondin   – Coach: Brian Spiteri

REFEREE: Ishmael Barbara

ASS. REFEREES: Luke Por­telli, Duncan Spencer

RABA’ UFF: Alex Johnson

SKORERS: V. Plut 4, J. Bezzina 17 (GU), C. Ngoy 82 (ZR)

AMMONITI: W. Rocha Santos, Y. Tonna, R. Vella (ZR), J. Ramires Bolanos, G. Zammit (GU)

Sport