Minn Cristian Muscat
Hamrun Spartans ….0
Gudja United ………1
Jidher li Gudja United taw id-daqqa mortali liċ-champions Hamrun Spartans li jiddefendu t-titlu b’suċċess meta rebħulhom bl-iskor ta’ 1-0 u b’hekk temmewlhom kull tama li jgħollu t-trofew tal-BOV Kampjonat Premier.
Dan minħabba li huma jinsabu 13-il punt taħt il- leaders Hibernians meta fadal disa’ logħbiet għat-tmiem … u minkejja li fil-football jista’ jseħħ kollox, ir-realtá hija tant remota li l-Pawlisti se jitlfu 14-il punt minn massimu ta’ 27.
Min-naħa tagħhom, il- Gudjani li sa erba’ logħbiet ilu kienu qed jissieltu kontra r-relegazzjoni, issa jinsabu f’pożizzjoni ideali biex jispiċċaw fiċ-Championship Pool meta fadal erba’ partiti għat-tmiem tal-ewwel fażi.
Kienu Hamrun li ħolqu l-ewwel periklu fis-sitt minuta permezz ta’ free-kick ta’ Matteo Fedele li ġie mdawwar f’corner b’ċerta abbiltá mill-goalkeeper Glenn Zammit.
Huma komplew fuq l-offenisva u fil-21 minuta, xutt ta’ Luke Gambin minn barra l-kaxxa ġie salvat minn mal-art mingħajr wisq diffikultá minn Zammit.
L-Ispartans komplew jiddominaw u fit-32 minuta xutt mill-viċin ta’ Fedele ġie salvat għal darb’oħra mill-goalkeeper Gudjan.
Fl-40 minuta, Gudja wieġbu għall-ewwel permezz ta’ xutt ta’ Llywelyn Cremona minn pożizzjoni ideali li iżda għadda ftit barra mil-lasti difiżi mill-goalkeeper Matthias Debono li kien qed jieħu post dak titulari, Henry Bonello.
Fit-58 minuta, l-Ispartans fallew ċans tajjeb li jiftħu l-iskor meta d-daqqa ta’ ras ta’ Steve Borg ġiet salvata tajjeb minn Zammit.
Tliet minut wara, Franklin Sasere avvanza fil-kaxxa iżda pront kien Zammit li ħareġ barra minn postu biex interċetta kull periklu.
Madankollu, fit-80 minuta kienu Gudja li skorjaw l-uniku goal tal-partita meta f’azzjoni ta’ kontrattakk veloċi, Gabriel Mensah, kellu xutt mid-distanza jiġi salvagt parzjalment minn Matthias Debono biex pront daħal BIENVENU SELEMANI AHINGA li minn taħt il-lasta tefa’ ġewwa u lill-partitarji f’delirju ta’ ferħ.
Fid-90 minuta Gudja kienu għoddhom reġgħu skorjaw iżda l-awtur tal-goal, Ahinga falla ċ-ċans li jagħmel dan meta kellu xutt b’saħħtu fil-baxx mill-viċin li ntemm barra.
HAMRUN S.: 24-Matthias Debono, 7-Joseph Mbong, 10-Jorge Ailton Saores (8-Christian Mercieca 67), 12-Arthur Oyama, 15-Steve Borg, 17-Franklin Sasere (29-Predrag Djordjevic 79), 20-Matteo Fedele (77-Shaisen Attard 79), 23-Luke Gambin (4-Darko Gojkovic 67), 30-Karl Micallef, 91-Emerson Marcelina, 92-Faissal El Bakhtaoui – Coach:Mark Buttigieg
GUDJA U.: 1-Glenn Zammit, 5-Matias Muchardi, 10-Llywelyn Cremona (17-Gabriel Mensah 46), 13-James Arthur, 19-Bienvenu Selamni Ahinga, 23-Neil Tabone, 24-Farid Romero Zuniga, 25-Juan Ramires Bolanos, 28-Nika Dzalamidze (22-Hubert Vella 84), 81-Neil Micallef, 99-Marcelo Dias (7-Aidan Jake Friggieri 46) – Coach: Thane Micallef
REFEREE: Emanuel Grech
ASS. REFEREES: Luke Portelli, Duncan Spencer
RABA’ UFF: Trustin Farrugia Cann
SKORER: B. Selemani Ahinga 80 (GU
AMMONITI: F. Sasere, E. Marcelina, D. Gojkovic, K. Micallef (HS), F. Romero Zuniga, N. Tabone (GU)