Gudja United………3
Santa Lucia…………0
Gudja United kisbu rebħa meritata u tliet punti prezzjużi meta għelbu l-isfida ta’ Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-0, bit-tliet goals għalihom jaslu proprju fit-tieni taqsima.
Kienu huma li ħoqlu l-ewwel periklu fit-22 minuta meta freekick ta’ Matias Muxhardi ġie salvat b’diffikultá mill-goalkeeper tal-Luċjani, Matthew Calleja Cremona. Santa Lucia wieġbu man-nofsiegħa logħob meta xutt ċenttali ta’ Yevhennii Terzi ġie salvat mingħajr tbatija mill-goalkeeper ta’ Gudja, Glenn Zammit.
Fl-40 minuta, Gudja kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta Robert Bairam approfitta minn ħarga erratika ta’ Calleja Cremona li ma laqatax il-ballun, iżda kellu x-xutt tiegħu mill-viċin jgħaddi jħakkek mal-wieqfa, bil-Luċjani jeħilsuha ħafif.
Fl-44 minuta Gudja pprotestaw għall-penalty meta Vito Plut kellu x-xutt tiegħu salvat minn mal-art minn Calleja Cremona biex l-istess goalkeeper waqqa’ lil Nagamatsu hekk kif dan kien se jindirizza x-xutt tiegħu lejn il-lasti avversarji madankollu, l-assistant referee Mark Ciantar innota offside.
U jidher li t-team tall tal-coach Taljan ta’ Gudja, Andrea Agostinelli, ħalliet l-effett mixtieq hekk kif fil-51 minuta huma fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn cross ta’ Karl Micallef, TATSURO NAGAMATSU, ikkontrolla tajjeb il-ballun b’sidru qabel venven xutt b’saħħtu minn ġol-kaxxa li ma ta l-ebda ċans lil Calleja Cremona.
Huma komplew fuq l-offensiva u fis-77 minuta rebħu penalty meta Matias Muchardi twaqqa’ fil-kaxxa minn player avversarju. Mill-11-il metru nkariga ruħu VITO PLUT li permezz ta’ xutt ċentrali tefa’ ġewwa, biex b’hekk irnexxielu jsib ix-xibka proprju kontra l-ex team tiegħu.
Huma ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal fit-83 minuta meta Matias Muchardi għadda tajjeb lejn TATSURO NAGAMATSU li minn pożizzjoni ideali tefa’ ġewwa, biex b’hekk irreġistra doppjetta personali.
Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos, 7-John Mintoff (4-Joseph Attard 89), 8-Tatsuro Nagamatsu (11-Shaisen Attard 90), 9-Vito Plut, 13-James Arthur, 14-Neil Anthony Micallef, 17-Karl Micallef, Matias Muchardi, 77-Nicolas Navarrete, 88-Farid Romero Zuniga Coach: Andrea Agostinelli
Santa Lucia: 1-Matthew Calleja Cremona, 3-Lorenzo Yoel Soares Fonseca, 5-Sebastian Thomas Fier (18-Robert Hehedosh 46), 8-Robert Bairam, 9-Kyrian Nwoko (21-Jamie Carbone 75), 10-Ayad Blie, 11-Jan Tanti (14-Dexter Xuereb 75), 17-Jurgen Pisani, 20-Francscso Farias Rodrigues, 24-Rodolfo Soares, 28-Yevhenii Terzi (27-Miguel Angel Alba 57) Coach: Vincenzo Potenza
Referee: Matthew De Gabriele
Ass. Referees: Mitchell Scerri, Mark Ciantar
Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech
Skorers: T. Nagamatsu 51, 83, V. Plut pen. 77 (G)
Ammoniti: S. T. Reir (SL), T. Nagamatsu, M. Muchardi (G)
Player tal-Logħba: Tatsuro Nagamatsu (G)